U Jiena Għadni Nfittex.
U jiena għadni
nfittex
u jiena
għadni ndur
u jiena
għadni nitlob
lis-sema f’kull
kulur.
U jiena
għadni negħereq
fil-baħar
ikħal skur
u nġedded
kull tifkira
ta’ meta
kelli mmur.
U nibqa’
hawnhekk nitlajja’
bħal min ma
kellu xejn,
u nerġa’ għal
minn fejn tlaqna
mingħajr ma
naf minn fejn.
Alfred
Grech
21/10/2022.
Comments
Post a Comment