U Jista’Jkun Ukoll.
U jista’ jkun ukoll li qatt
ma terġa’
Tgħaddi minn dat-triqat
rasek merfugħa
Għaliex taż-żmien it-toqol
għawweġ ġmielu
Xewket dahrek. Ukoll dak
il-borġ ġebel
Li darba kellek tħott ftit
li xejn naqas,
Għadu kif kien, jekk mhux
ukoll żdied aktar.
U ma jkun qatt li lura terġa’
tgħaddi
Wiċċek minn quddiem għax
issa l-mistħija
Bdiet tagħmel tagħha.
Iżda r-ruħ la tieqaf
U lanqas taqta’ qalbha
ttenni r-ritmi u r-rimi
Ta’ meta kont bla ħażen.
Tibqa’ tfittex
Xi rewwieħa min fejn toħroġ
tittajjar
U terġa lura bħal ħamiema b’werqa
Ġo munqara sinjali li t-tiġrib
għadda.
Ma tista’ tifhem qatt
għaliex fil-ġirja
Lejn it-tmiem jinħatt dak
kollu li b’għaqal
U bil-ħidma jinbena tul
il-ħajja.
Alfred Grech
2/10/2022.
Comments
Post a Comment