Xhini Din Il-Geġwiġija?

 

Xhini din il-geġwiġija

Xejn ma għadu jagħmel sens

Dat-tlissir u din il-ħerba

Minn fejn ġie dan il-kunsens.

 

Donnu ħadd ma jrid jitkellem

Kollha saru magħdudin

Jirrepetu l-istess strofa

Qishom saru qaddisin.

 

Xhibu l-għan li jrid jintlaħaq

Iva ħadd ma jsaqsi ftit?

Minn fejn ġabhu dan l-għerf kollu

Dan il-bniedem żgħir u mqit.

 

Seta; ffranka dit-tensjoni

Di’ t-tbaqtija, dan il-ħbit

Dal-miljuni rifuġjati

Dan għaliex, kemm hi ardit?

 

Mur għidulhom dawn il-gwejjef

Illi jobdu dritt l-amar,

Jew dawk sħabu l-kukkudrilli

U kull wieħed mhu ħlief ħmar.

 

X’inhu l-għan sabieħ jew nobbli

Għax sal-lum jien ma nafux

U x’se jservi dan l-għawġ kollu

Għax mod ieħor ma tlissnux.

 

Qisu tifel li jrid jilgħab

B’ġugarell li tiegħu mhux

U saqajħ mal-art iħabbat

Ma tmurx tmissu u ma tkellmux.

 

X’sejrin jirbħu dawk li jobdu

F’liema xifer f’liema rdum,

X’sejrin jirbħu dawk li joqltu

X’inhu l-aghħanb divin meqjum.

 

Imur hu fl-eqqel taqbida

Bħalma jagħmel kull mexxej

U mhux jibgħat lil ħaddieħor

Kulħadd jobdi u jibqa’ għaddej.

 

Hemm il-boloħ illi jobdu

Bla ma jsaqsu: Kif u l-għaliex,

Huma n-nagħaġ li jaqbżu x-xifer

Iżda l-lupu jibqa’ għaddej.

 

Alfred Grech

10.10.2022

Comments

Popular posts from this blog