Aħna Dejjem Hawn.
Aħna dejjem hawn
Nikkuntemplaw l-għeġubijiet
Hawnhekk minn din it-tieqa
tal konfini surreali
Tal-ħabs li fih twelidna
Sabiex nassikuraw li kull
sillaba
Tkun f’postha u li r-ritmi jimxi
filliera
Wara r-rima li tħalli
l-fantasija.
Aħna hawn nibqgħu
’l-bogħod mill-ġiri ta’ kuljum
Li jbiddel l-uċuħ bħalma
n-nixxigħat u l-kaskati
jbiddlu x-xmajjar u l-widien.
Aħna hawnhekk nibqgħu
Osservaturi solitarji
Ta’ kwiekeb li qed jaqgħu
fl-oċean
Ta’ mingħajr truf
Fuq xtajta i taf mitt
nawfraġju
U ii tidwi ta’ kuljum
l-għana kollu li għanejna
madwar ħuġġieġa nar.
Alfred Grech
11/11/2022
Comments
Post a Comment