Ħarrub.
Il-ħarrub migdud
għaliex spiċċatlu l-vista
Li jista’
jara lilhinn mill-eqreb ħajt tas-sejjieħ.
Il-bini ġgant
li welldu l-inġenji setgħana
Irrendenw lin-nani
bla fejda
U issa m’għadhomx
aktar jitkellmu fuq l-imħabba tal-ward
U l-fwieħa
tal-ġonna li jsebbħu
Qegħdin jintasbu
fuq il-ħuxlief nixef biex jogħnosu.
Minflok
l-irwiefen devjanti ikiddu
‘l-harub
aktar minn qatt qabel.
Hawnhekk
saru jitkellmu biss in-nani
Iżda leħinhom
ma jasalx
Għaliex imqar
l-iġganti u ċ-ċiklopi
Saru razza
rari tassew.
Issa
l-melodija sonora tal-urieżaq
U ċ-ċikadi
inbdlet fit-tweżieq tat-tyres
U damdim li
jtarrax il-widnejn
Li ma
jħalli ’l-ħadd fil-mistrieħ tiegħu.
Nista’ nsib
rokna
X’imkien
imqar għad-dell ta’ xi siġra
Tal-ħarrub
li taf ittennili kemm il-ġrajja.
Hekk nista’
nkun eqreb lejn il-leħma
Li tiġi
kull xħin trid
U tolqot
bħal sajjetta
Mingħajr ma
tħalli rima.
Alfred
Grech
08/11/2022
Comments
Post a Comment