F’Baħar Miftuħ.
F’baħar
miftuħ ninġarru mal-kurrenti
U nerġa’
nistaqsik: Minn fejn int ġejja?
Bis-seħer
nieżel għasel ġewwa sidri,
Tifkira ta’
lejl li qatt ma jispiċċa.
U nerġa
nistaqsik: Minn fejn int ġejja,
Sultana li
titfaċċa max-xemx tiela’,
Tifkira ta’
lejl li qatt ma jispiċċa
F’kunċert
ta’ ħsibijiet li jġibek lura.
Sultana li
titfaċċa max-xemx tiela’,
Fuq xatt ir-ramel
aktar mix-xemx jaħraq,
F’kunċert
ta’ ħsibijiet li jġibek lura,
Inwaqqgħu swar
li bnejt bit-tentazzjoni.
Fuq xatt ir-ramel
aktar mix-xemx jaħraq,
Għajnejna
jiġġerrew lilhinn mix-xefaq,
Inwaqqgħu swar
li bnejt bit-tentazzjoni,
Għad-dell
ta’ xi żebbuġa tmil bit-tqala.
Għajnejna
jiġġerrew lilhinn mix-xefaq,
Ifittxu
qtar in-nida tal-imħabba,
Għad-dell
ta’ xi żebbuġa tmil bit-tqala,
Fejn kellna
wileġ sħiħ sabiex noħolmu.
Alfred
Grech
05/06/2023
Comments
Post a Comment