Biex Qatt Ma Nirxuxtaw Aktar.

 

 

Is-siġra solitarja

Fl-għabex tal-ħajja tibki

l-iwiefen li kidduha

u s-sħana tax-xemx li xejħitha.

Jilmaw fuq wiċċ l-għadira raġġi eterni

ta’ taħrik perpetwu

li ma ferrħu qatt il-qtiegħ tal-qalb

marsusa bejn il-faldi tal-għoljiet.

Li jtennu l-istess bandla

Ta’ dħaħen r-ruħ

Ta’ sħab li tilef triqtu.

Nixxiegħat mudlama ta’ ilma ġieri

Ma jaqtgħu qatt l-għatx tal-kaskati

U tal-infinit li jisplodi

Fil-ħlewwa tal-ward selvaġġ

Li  jlellex fil ġnub tal-mogħdijiet mifxula.

Erġajna ġejna fl-istess plajja

Erġajna fl-istess wileġ

Fejn għad nindifnu

Biex qatt ma nirxuxtaw aktar.

 

Alfred Grech

03/11/2022

Comments

Popular posts from this blog