Bil-Mod il-Mod Jien Nidħol.
Bil-mod
il-mod jien nidħol
Fil-ħolma
ta’ kuljum
Mistieden bla
mistenni
Mas-sebħa,
qabel ma tqum.
La tħallinix
hawn barra
La timbarrax
il-bieb
Jien ilni
nterraq ħafna
U ħawn
wasalt bla ħsieb.
Bil-mod bla
ħsejjes nidħol
Fid-dlam
id-dwal jintfew
Fid-dlam
jien nixħet ħarsti
Biex lilek
nara sew.
U mbgaħad
nitlaqlek bewsa
U nerġa’
mmur mnejn ġejt
Kull żiffa
riħ li taħsqek
Tkun jien
minn fejn ħallejt.
Alfred
Grech
30/11/2022
Comments
Post a Comment