C I

 

Min kien jgħidilna biex intejjbu l-ħajja

Inkissru kellna dak li hu sabiħ,

Sabiex inkabbru din l-ekonomija

l-identita’ ta’ ġensna tmur mar-riħ?

 

Min kien jgħidilna biex inkunu komdi

U nistagħnew,  flus daqs kemm timla’ bir

Inkissru. nħarbtu fejn trabbejna u għexna

U dak li jpaxxi l-għajn għeb bit-tkissir?

 

Min kien jgħidilna illi biex inħaddmu

l-ekonomija, nsiru ħalllelin

u kull għajnuna lix-xjuħ u l-morda tagħna

pajjiżna trid timlih bil-barranin?

 

Biex ma nsemmux li sferġju t’art għammiela

Il-konġestjoni   u l-bini dejjem tiela

 

Alfred Grech

10/11/2022

Comments

Popular posts from this blog