Friefet il-Lejl.
Fis-skiet
tista’ tibqa’ għal dejjem
Lanqas il-ħsieb
ma jikkmandak
Lanqas il-biża’
Li tista’tegħreq
Lli tista’
ssalva
Tibqa’ fil-wiċċ
etern ta’ baħar bla xtut
Bħal dgħajsa
tal-qlugħ
Mingħajr iż-żiffa.
Fis-skiet
tista’ biss titgħallem
U ma
tħallix ix-xenarju jinbidel
Ta pajżaġġ
rieqed fil ħemda tat-tnissija
Ta’ dix-xmara
li qatt ma tieqaf
Tar-riefnu
li jgħaddi minn ġo fik.
Fis-skiet
lanqas l-iħirsa ma jittawlu
Jinġazzaw saħansitra
l-friefet il-lejl
U jieħdu
l-ħajja.
Alfred
Grech
15/11/2022.
Comments
Post a Comment