Fuq l-Ogħla Qċaċet tal-Ġħoljiet.
Fuq l-ogħla
qċaċet tal-għoljiet
Jinħall is-silġ
tad-dehen taħt ir-riflessi spigolużi
Tas-sewwa u
dak li huwa ċar aktar mill-qtar tan-nida
U dawk li
jaħtfu ħajjet l-oħrajn
Isibu għomorhom
qasir wisq
Biex għad xi
darba jħallu rima
Minn fejn jgħaddu.
Jien
noqgħodawn nixtarr sbieħ ta’ jum ġdid
Nixxennaq għal
dik it-trasparenza
Li tidher fil-ħmura
ta’ filgħodu
Inkella fiż-żrieraq
tal-ispalel tal-muntanji
Minn fejn
tista’ tassew issib in-niżla
Għall- iktar
qiegħ abbissali.
Il-ħdura
mhi xejn għajr il-leħja
Li titrabba
meta wiċċ id-dinja jkun għejja
U xeba’
jisma’ għajdut ta’ gwerer u ġlied
U ma jibqa’
jkollu xejn xi jgħid
Għajr li
jimxi mar-ritmi
Tal-istaġuni.
Għax il-burraxki tal-qawwiet li jinġemgħu
Qatt ma
jaqblu ma xulxin
U jispiċċaw
ifarrku kull ma jkunu bnew.Imbagħad bħalma l-għadira siekta u silema trrifletti
l-qċaċet bajdan tal-muntanji
Hekk jiena nibda’
nirrifletti lili nnifsi
Fl-ilma car
u qiegħed u nkompli bħal qabel
Nistaqsi min
jien.
Alfred
Grech
02/11/2022.
Comments
Post a Comment