Il-Bjuda Ma Tittradix.

 

Il-bjuda ma tittradikx

Tmellislek wiċċ il-baħar

Taħt qamar kwinta

Fuq skolji tas-silġ

Iħaddnu wiċċ l-ilma.

 

Il-bjuda ma tittradikx

Fuq it-tberfil tas-sħab

Ta’ sema tqil

U s-siġar mgħobija

Jimbxu l-art li minnha jerdgħu.

 

Tfakkrek fil-qċaċet tal-għoljiet

Fil-ħoss tal-ilma ġieri

Fin-noti ta’ melodiji

Ma jindaqqux

Fil-felli ta’ nofs qamar

Li qatt ma ra x-xemx tiela’

Fil-friegħi tas-siġar bil-weraq

Inewwħu n-nida.

 

Il-bjuda għandha isimha

Tingaħaraf mir-riflesi ta’ ġol-ħġieiġ

Imqar il-kwiekeb li jaqgħu

Jibku n-nuqqas tagħha

U dawk li jitbiegħdu mill-folla.

 

Il-bjuda tista’ twassallek

Dak li xtaqt ngħidlek

Bejn strofa u oħra

Ta’ poeżija li qatt ma mktibt

Imqar meta ma nkunx hawn jien.

 

Alfred Grech

18/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog