Il-friegħi Tas-Siġar.
Il-friegħi
tas-siġar idellu
l-misteru
tal-ħajja
iżda sbieħ
il-jum ma jasal qatt
għaliex
l-eternita’ ddum waqt wieħed biss.
U l-ħemda
tan-nixxiegħa l-ilma biss jista’ jiksirha
Inkella s-sejħa
tal-kokka li tlebbet kull filgħodu.
Fid-dlam
tal-bosk folt xintilla dawl
Tidwi l-ħsejjes
tal-weraq
Hekk kif
l-għasafar jitilqu.
L’Ilma
jibqa’ jiftakar
l-ilma m’għandux
waqfien
kaskati
jwittu t-triq għal min
irid jaqbes
fid-dlam tal-abbiss
fejn ma ma
jilħaqlux.
Hiemda
n-nixxiegħa
U skiet
il-bosk ta’ madwarha
Il-ward
iwarrad bla ma jaf
U ċ-ċpar li
jgħatti x-xefaq juri biss
il-qċaċet
li jispuntaw .
Il-bosk b’saqajn
is-siġar jimxi
U tibda’
tħossok imdawwar minn għadu
li ma
tagħrafx
Minn kull
naħħa
U minn kull
kwartier.
Il-wied
jibqa’ jserrep qalb irdum bil-merfugħ
U ista’ jwasslek
x’imkien fejn ma tafx
Mil-bqija
inti ruħ mitlufa.
Alfred
Grech
07/11/2022.
Comments
Post a Comment