Intaqqab B’Subajja.

 

Intaqqab b’subajja

D-dwejjaq ta’ ġo sidri

Bħan-nemus jgħaddi saħansitra mit-tilar

Imwaħħal mat-tieqa.

Kull toqba hija tewba

Għall-kull għelt li għamilt

U kull tewba tnaqqas sillaba

Mil-litanija li ngħidu ta’ kuljum

Bħal min irid jitlaq minn fejn hu

Mingħajr ma jintebaħ li ser jitlef postu.

 

Jien nintelaq f’dirgħajn li jinfetħu

Biex jilqawni u ma nagħmilx f’qalbi

Għall-kull waqt li ħallejt warajja.

Għaliex kull waqt misruq

U kull m’għandi isselliftu

U issa xejn ma baqa’

Għajr il-ħbieb li ħabbewni

U ħadu ħsiebi.

 

Alfred Grech.

17/1/2022.

Comments

Popular posts from this blog