Irdum.

 

Għoljin wisq is-sisien

Jipparliżżawk tħares lejhom

Jaqtawlek nifsek

Jifnuk fl-għera tagħhom.

L-irdum li jogħla minn wiċċ il-baħar

tista’ tifhmu biss jekk trabbi l-ġwienaħ

jew tikkontempla x-xjuħija tiegħu

bħal dak l-għaref li ntasab jgħodd ir-ramel.

Fissuri fil-blat jistgħu jaħbulek id-dubbji

Li ma jissugrawx jixirfu

Għad-dawl tax-xemx

Inkella li bħall-bebbux joħroġ jirgħa

Wara l-ewwel ħalba xita.

Jitmiegħek, jitniegħes u jitbewwes

Mewġ il-baħar ma riġlejħ

Bħal xi sirena tisseduċi

Iċ-ċorma ta’ fuq il-mirkeb.

Biż-żmien imqar jiġlejħ jixxejnu

U b’hekk jinkixef wiċċ ġdid

Bex jisfida l-elementi.

 

Alfred Grech

14/11/2022

 

Comments

Popular posts from this blog