It-Tmiem Bla Ġieħ.

 

Kif inhi din li lkoll inqattgħu

Il-jiem tagħna nilgħabu logħoba wara l-oħra

Biex inderru

Biex ninsew ir-romblu taż-żmien għaddej?

 

Kif taħli ħajtek int

Meta taf li din mhijiex għajr illużjoni?

 

Ħaddieħor  jibqa’ jiġġieled

Il-gwerra mitlufa

U jitgħab il-logħba għalkemm jaf

Minn qabel x’inhu r-riżultat.

 

Jien inħobb nilgħab il-logħob tal-ażżard

Imqar jekk naf li telfa tkun fatali.

Iżda b’hekk biss naf nirbaħ lili nnifsi

Għax nifga’ fid-droga perenni

U nisker bis-sokor tal-ħajja. 

Inkella noqgħod nerġa’ naqa’

Fil-ħofor ta’ kuljum

Sakemm jasal  bil-pass ta’ nemlu

It-tmiem bla ġieħ.

 

Alfred Grech

19/11/2022.

.

 

Comments

Popular posts from this blog