Jum IL-Ħajjin.
Il-falanġi tas-sungħajn imissu
qalb li ma tħabbatx
Misteru għal min tilef
il-kuntatt mal-enerġija divina
Imqar jekk tieħu nifs ma tista’
qatt
Tiżżiħajr lil jum li għadu
kemm sebaħ
Imkien ebda serħ
Imkien ebda mħabba
Mhemm ebda gratitudni li
żżommok hawn
Ankrata ma das-siġġu
Mhemm ebda ħelsien
Ebda sensazzjoni li fiha
terħi ruħek
Għal dak li għandu jiġi
Bħal f’wiċċ l-ilma ta’ baħar
qiegħed.
Iġbed nifs il-ġewwa
U ieħor il-barra
Nifs il-ħajja nkwinat mill
velenu tal-bniedem
Ilma ċar irrid nara’, ilma
ċar bħal ta’ nixxiegħa
Imqar jekk tkun tabula rasa għal l-ħsibijiet ta’ moħħok
U għal dak li għandek
tagħmel
Mhemmx li tibda’ mill-ġdid
Għaliex l-imgħoddi jankrak
Jippersegwitak
Trid tmut biex teħles minn
dan l-uġih
U ma nħallikx timbuttani
Sa tarf l-irdum
tad-disperazzjoni.
Alfred Grech
01/11/2022.
Comments
Post a Comment