L-Għoqda.

 

L-għoqda li xtaqt taqfel ma qfilthiex

Warajna hemm irdum

U ġwienaħ ma rabbejtx.

Illum sirt naf li ħlejna ħafna żmien

Għax  il-bir tas-snin kien jitlef

U ħajtek bqajt ma mlejtha qatt.

Inbdilna t-tnejn li aħna

U jien minn dudu sirt farfett.

 

L-għoqda kienet ċoff

Li lbisna fl-uniformi tal-iskola

Illum qed ngħixu taħt qamar ġdid

Li nessiena l-ħolm

U x-xrar li kien jitkebbes.

Il-qamar għandu tort

Għax ġiegħlna t-tnejn noħolmu.

 

Alfred Grech

29/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog