Lil-Valerie III.

 

NIstħajjlek tisma’ s-kiet tiegħi

Imqar jekk ma tkellimnix

Taqra l-kotba li qatt ma ktibt

U tisma’ l-ħsejjes li nagħmel.

It-riħ iwassallek kliemi

U inti tifhimni

Bħalma jifhmu lil xulxin l-għasafar

Fi sbieħ il-jum.

Ir-riħ: li jmejjel lis-siġar

Li jgerfex il-friegħi ma xulxin

U jobrom il-weraq niexef

Fi spralli mmaġinarji.

Għax issa sirt bħal friegħi jitqagħabdu

Bħan-nida li taqa’ minn fuq il-weraq

Bħal għanja li qatt ma tinkiteb

Bħal weraq t’April

Bħal qawsalla wara x-xita.

 

Sirt il-poeżija

Li ma tinqarax.

 

Alfred Grech

22/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog