Ma Ġara Xejn

 

Ma ġara xejn!

Mhux intom ħallejtuha?

Mhux intom hallejtuh żivoga l-qilla tiegħu?

Intom li tafu kollox,

Li tpoġġu fuq il- mambar tas-setgħana

 

Issa qatilha

Issa għalxejn tibku dak ii seta’ kien

Ħolqa oħra mill-kullana

Li għad trid tiddendel

Ma għonq kull min jipposa.

 

Ġagħw’oħra   fil l-kuruna ta’ min isaltan

Pulċinel ieħor li jippoża ta’ dak li jdoqq il-fifra

U jġorr il-ġrieden kollha għal warajħ.

 

U issa tgħid baqa’ aktar ġrieden?

Issa lkoll kemm aħna ħatja

Issa ejja nemmnu li fadlilna żmien kemm irridu.

 

Alfred Grech

25/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog