Ma Nitlaqx.
Ma nitlaqx
jekk qabel ma nlissinx
l-aħħar
kelma
battuta
minn dawk li jaqgħufil-ħemda
ta ġuf
jirbombja
inkella
fis-satra ta’ lejl imniegħes
li jħalluk
taħseb x’seta’ kien
u x’seta’
ġara
inkella
kienx biss ħsieb
li taqqab
toqba fil-mużajk wiesa’
Ta’ oqsma
fertili
jew xmajjar
alluċinanti
jassedjaw moħħ
ipperturbat.
Ma nitlaqx
jekk ma nagħtikx l-aħħar tislima
Imqar jekk
naf li din ma tasallekx
Jew jekk
tasallek int lanqas biss tindenja
Twassal
lura
Għax issa
wkoll il-lejl daħal sew
U ż-żmien
li wieħed jimraħ għadda
Kif għaddiet
ukoll il-ħajra li wieħed
Jaħseb ukoll
għal għada,
Alfred
Grech
04/11/2022.
Comments
Post a Comment