Ma Nkunx L-Aħħar Wieħed.

 

Ma nkunx l-aħħar wieħed illi nitlaq

In-nuqqas ma jkunx tiegħi

Jekk trid tfittex is-sinjali taż-żminijiet

Fittixthom fis-sħab jew f’dak li jidher

Li daqlwaqt jiġri

Il-jum jiżżerżaq ħelu ħelu minn fuq ix-xefaq

Bla ma tintebaħ

U l-melodija waħeda tiġik

Mingħajr ma taqra l-partitura

Għalfejn qed tagħmel f’qalbek

Dan jista’ jkun jum ieħor bħall-oħrajn

Int iffirma fejn jgħidulek

U tara li kollox ikun sew

Li kollox jiġri kif imfassal.

Il-wegħediet ma jitwettqux

U tintebaħ malajr li għext il-ħajja

Mibnija fuq tamiet.

Tara? Għada jisbaħ jum ġdid.

 

Alfred Grech

18/11/2022

Comments

Popular posts from this blog