Ħmar Il-Lejl.
Tissemma’ għal qtar tax-xita
U l-ilma
mill-miżiep
Buffuri riħ
li jingħi
U beraq
qishom sriep.
Tessmma’
għal qtar tax-xita
U l-barra
ma tħarisx
Il-wieq
għaddej ikaxkar
U s-skiet
ma jinkisirx.
L-arloġġ qed
tisma’ jtektek
Jimmarka l-ħin
għaddej
Din mhix
għajr illużjoni
Tal-ilma
l-wied mexxej.
Imbagħad
xħin iż-żmien jieqaf
Ferita ssir
li nġorr
Kull fejn
immur jew nieqaf
Nixtarr mingħajr
ma ngorr.
Tkun bħal ferita
għalija
Inkella ħolma
ssir
Tintesa’
xħin nistembaħ
Tal-biża’ u
tat-twerwir.
Alfred
Grech.
28/11/2022
Comments
Post a Comment