Minsija.
Aħna qatt ma nerġgħu naraw nżul ix-xemx
Iħammar u
jinħeba wara l-velu
Għaliex
għaddejna wisq ġranet
Ngħixu wara
l-kwinti
U l-qaliet
u xtut li dejjem dorna
M’għadomx
jgħarfu l-bandiera tagħna.
L-imriekeb
tagħna jistaħbew wara d-destin
U għalhekk
m’għadomx iġorru l-ilwien tagħna.
Aħna
ndfinna fejn jindifnu
l-imriekeb
nawfragati
inkella
belgħuna l-baleni
tal-istorja
u tar-rakkonti.
Għad
jitfaċċa xi ħadd li jkteb il-ġrajja tagħna
Bħal min
jiteb il-memorji li jfaqqsu
Taħt qrajjaq
bla kuxjenza.
Aħna konna
biss nifs wieħed ikejjel oċean
U darba li
nkunu mitna u difnuna
Naqblu wkoll
ma kull ma tgħidu.
Alfred
Grech
16/11/
2022.
Comments
Post a Comment