Noħlom.
Bil-ġiżi
tista’ toħlom
Jien noħlom
ta’ kuljum imdardar
Lanqas niġri
wara l-bżieżaq tas-sapun
Għax dwk
lewn il-qawsalla
Ġewwa fiha
baħar imqalleb
Fittixt f’għajnejk
il-lewn
Li kien
seraqli qalbi
U ma sibtux.
Fittixt f’għajnejn
ta’ dawk
Li stajt
inħares lejhom
Xejn ħlief
il-baħħ
Imbagħad ħarist
fil-mera
U staqsejt
jekk hemmx isbaħ minnek
F’din
is-saltna.
Ma tkun
tfissser xejn
Għajr is-sensazzjoni.
Alfred
Grech.
21/11/2022
Comments
Post a Comment