Novembru
Dawk iż-żminjiet konna
nħobbu nżejnu
Għax konna nistennew li jasal
l-iqsar
Jum. Illum lanqas l-ispirtu ma
baqa’
Għax xħin tlaqt int ħadtu
miegħek. Is-seħer
Ta’ dawn iż-żminijiet, l-ilwien
ta’Novembru
Tal-kenn u tal-mistrieħ
fihom it-togħma
Ta’ min tistħajlu jasal
qabel żmienu.
Tirtab ukoll il-qalb li
kienet xrafet
Bis-sħana tas-sajf. Iżd’issa
li magħna m’għadekx
Lanqas ix-xeħta tal-miġema m’għada
Issaħħan il jiem li dejjem
jiqsaru.
Jien nilmaħ id-dell tiegħek kull
fejn nimxi
Fil-kjaro skur ta’ lejla
tal-ħarifa
U int xħin tħares lejja tkun
qed tara
Mhux lili izda l-delli.
Alfred Grech
20/11/2022.
Comments
Post a Comment