Ossessjoni.
Meta ser jgħaddi dan
l-istaġun
Taħli saħħitha din
l-ossessjoni?
Aktarx li meta tneħħi l-veli
l-għera tiżżarma weħeda
u aktar ma tipprova
aktar tkun iċ-ċaħda
li l-frotta kienet qarsa.
Din hija kewkba oħra
Li tiddi tul il-lejl
U tgħib ma tlugħ ix-xemx.
Tiġi din bħal poeżija
Li jekk ma taħtafhiex
Taħrablek minn idejk
U tisparixxi biex qatt ma
terġa’ tiġi.
Sakemm titmewwet il-qawwa
tal-burraxka
Jien noqgħod hawn fl-għarix
li jien bnejt
Fuq il-filati taż-żmien
Sakemm il-beraq u s-sajjetti
Jitbiegħdu sew
Nistenna li għada jisbaħ
bnazzi.
Alfred Grech
13/11/2022
Comments
Post a Comment