Trid Tgħidli.

 

Trid tgħidli xħin dan kliemi sar velenu

Trid tgħidli xħin ma bqajtx attriċi aktar

Dal ballu li żfinnieħ għal kemm il-darba

Inbidel u issa sar dawra durella

Fil-logħob tat-tfal iż-żgħar bħalma t-tnejn konna

Għall ftit ma waqajniex u bdejna ngħidu

Ashes ashes we all fall down.

Trid tgħidli meta dħalt u ħriġt mill-limbu

Trid tgħidli xħin ħassejt l-infern iħeġġeġ

Trid tgħidli xħin id f’id ma bqajniex nimxu

Trid tgħid għaliex issa sar il-ħin.

 

Alfred Grech

09/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog