Zebra Crossing.

Għax issa ż-żebra Crossing

Saru qawsalli.

Jekk tmiss il-qawsalli b’idejk

Tilħaq is-sema

U tibda tisma’ l-għana tal-anġli

Jidwi ġo widnejk

Bħalma jidwi l-baħar fil-bronja

Inkella ma ssib xejn

U tibda tifhem il-baħħ, ix-xejn

U l-infinit.

 

Jekk tibda’ tmiss il-qawsalli

Tibda tħossok differenti

Tħossok ixxurtjat

Illuminat

U tista’ tibda tirkeb fuq spallejn

Il-ġiganti li ġew qablek.

 

Jekk tibda’ tmiss il-qawsalli

Issir taf li mhuma xejn

Għajr dawl li joħloq

Il-qtar tad-dmugħ

Ta’ sema kiebi.

 

Ejja nżuri stabbiliment rinovat

Hemm insibu varjeta’

U mhux biss tal-bnedmin.

 

Alfred Grech

18/11/2022.

Comments

Popular posts from this blog