Ħallini Dalgħodu.
Ħallini
dalgħodu mitluf minn sensija
Ħallini dalgħodu
nixxejjer mar-riħ
Ħallini
nistaħba fis-susa ta’ moħħi
Ninħeba,
niskappa u ndub minnifiħ.
Ħallini
dalgħodu għax l-aħħar tas-sena
Biex noqgħod
hawn waħdi u ndomm il-waqtiet,
Tal-ferħ u
tad-dwejjaq u nara liem’ l-aktar
Se jniżżel
id-dafar fost dat tifkiriet.
U nifraħ bil-bosta
jekk qalb din id-dieqa
Li fiha
filgħodu nistenbaħ kuljum,
Inxejjer bandiera
u l-jasar jispiċċa
U lura
nirxoxta u inqum bla ma ndum.
Ħallini
dalgħodu mit-tieqa ta’ ħajti
Jien narmi
dak kollu li ġabni tallab,
Dal kollu
li jtaqqal, dak kollu li jfixkel
U fl-għana
nifexx, u ntir fuq is-sħab.
Alfred
Grech
31/12/2022.
Comments
Post a Comment