Bojod U Suwed.

 

Bojod u suwed ir-rigi

Mat-tul tal-fanal

Raġġ dawl ma tmiem il-jum

U hekk tkun tista’ tagħraf

Inkella l-art tibilgħek.

Imqalleb il-baħar ta’ moħħok

U tibda taħseb li

Fi nżul ix-xemx ta’ ħajtek

Ma baqax gawwi jittajjar fuq l-ixfar

Jisfida l-mewġ u l-qilla,

Lanqas xi ġifen li jfittex

Il-wens tal-qala tiegħek.

Hemm biss irdum

Jaqtagħlek nifsek

U xefaq li jfakkrek

Safejn tista’ tasal.

 

Alfred Grech

17.12.2022

Comments

Popular posts from this blog