Deżert.
Hekk ikun id-desert ta’ ruħi
Imwejjeġ ta’ ramel jisfidaw
l-arja sħuna
Inkella d-dellijiet tad-duni
fi nżul ix-xemx
Jisfoljaw l-iswed tal-baħħ.
Imqar jekk iktar l’hemm
Il-baħar jikkontempla
Is-skiet ta’ sema mingħajr
nikta.
Imqar jekk l-għadajjar t’ilma
ċar
Itaffu l-qtigħ il-qalb
Mingħajr ma jagħtu ebda
widen
Jien xorta waħda nagħmilha
l-qabża
Min-niexef għall-imxarrab
U nfittex jekk fil-bogħod
Hemmx xefaq ieħor
Minflok l-ibraġ tal-qtigħ il-qalb
Inkella x-xejn
Li huwa x-xorti ta’kull wieħed.
Alfred Grech.
04/12/2022.
Comments
Post a Comment