Fejn Hu Wiċċek?

 

Fejn hu wiċċek?

Illum inħares fiss f’għajnejk

U nerġa’ naqra dak kollu

Illi inti biss qed tifhem.

 

Fejn hu wiċċek

Erġajt mort lura tfittex

Il-passi mnejn għaddejt

Li ma jwasslu għal imkien.

 

Imqar jekk il-kaskati ta’ tifkiriet

Ma jxebbgħu qatt

ix-xmara ta’ tamiet

li tferra fl-oċean tat-tnisssija.

 

Fejn hu wiċċek?

Jien nerġa’ naqra dak kollu

Li inti stess tridni nkun naf.

 

Int fhimt tassew

It-tweġibiet taż ruħi

U ġrejt qabilhom

Biex issa sibna

Dak li aħna t-tnejn

Xbajna minnu

Wara li fittixna

Qalb l-għalqa tar-rifjuti.

 

Alfred Grech

22/12/2022.

Comments

Popular posts from this blog