Fejn Wasalt?


Kont għaddej bir-ritmu tiegħi

Kont għaddej u ma kontx ngħid

Dak li ssoltu jgħid ħaddieħor

Kelli xorti li rġajt ġejt.

 

Kien jum ieħor bla tifsila

F’dak il-jum fejn ma jsir xejn

Tgħid għaliex nittajjar fl-għoli

U bqajt dejjem bejn ħaltejn?

 

Tgħid għaliex nittajjar fl-għoli

U x-xemx lili ma ħamlitx

Jew inkella għax kont ħati

Ta’ xi dnub li jien m’għamiltx?

 

Jew inkella soqt bla rażan

Xħin insejt minn fejn għaddejt

Jew inkella fejn kont sejjer

U ebda traċċja ma ħallejt?

 

Issa xħin waqaft mill-ġiri

Fit-telieqa jiena m’għadnix

Xi ħadd jista’ lili jgħidli

Fejn wasalt? Jew baqagħalix?

 

Alfred Grech

14/12/2022

 

 

Comments

Popular posts from this blog