Għaddejjin.

 

Għaddejin

Imqabbda f’xulxin

Imriekeb tal-bnazzi

Bil-qlugħ miftuħin.

 

Bil-ħarsa ffissata

Tal-kewba fis-sema

Noħorġu mid-dalma

Bid-dawl ta’ xi xema.

 

Biex nerġgħu inqumu

Bl-istes sturdament

Tax-xorb illi xrobna

U nisħtu l-mument.

 

Għaddejjin

Mil-wied imkaxkrin

Miblugħa f’belliegħa

Imbagħad msjuqin.

 

Alfred Grech

15/12/2022.

 

Comments

Popular posts from this blog