Iljuni.

 

Iljuni issa sirna

Bil-bixra ta’ bnedmin

Infittxu l-priża tagħna

Bla nagħżlu min minn min.

 

Iljunu ilkoll feroċi

Ġo xagħri ta’ taħwid

U skirna xħin fittixna

U issa sibna l-ġid.

 

Iljuni bla kuxxjenza

Mingħajr l-għafsiet ta’ qalb

B’difrejna twal nisolħu

Lid-dgħajfa u lil-fqar.

 

Iljuni bla kuxjenza

U qalb mingħajr tingiż

Nifirħu xħin nisolħu

Liċ-ċkejken u l-għażiż.

 

Din hija s-saltna tagħna

F’dil-medda ta’ ħaxix

Li sar deżert ta’ ġebel

Konkrit mingħajr tinqix.

 

Alfred Grech

21/12/2022.

Comments

Popular posts from this blog