Imqar Li Mmis B’idejja.
Imqar li mmiss b’idejja
l-għera tal-ħolm
u l-frugħa li tgħaraf il-qalb
ikun
il-bidu ta ħolqien ġdid.
Imqar li
kelli l-miftieħ
Tal-ħlewwiet
il-feħma
Mitluq mal-kurrent
fuq mewġ il-baħar
Mingħajr it-tmun
U mingħajr
l-ankra
Pellegrin ta’
mingħajr saqaf
Ruħi ssir
narrattiva
Poeżija ta’
ħafna strofi
Mingħajr rima
u mingħajr ritmu
Ta’ ħwejjeġ
li jiġru
Li xejn m’għandhom
x’jaqsmu
Ma xulxin.
Alfred
Grech
20/12/2022.
Comments
Post a Comment