Imwieġ F'Deżert.

 

Imwieġ f’deżert mudlam dak biss li tara

Mit-tieqa ta’ fanal minn ġewwa tromba

Li tkabbar dak li hu għall-kemm il-darba.

 

Imwieġ u dellijiet fuq sema mċajpar

Bla qamar u bla kwiekeb illi jiddu

U fin-nuqqas dardir artijiċjali

Quddiem Hera li troxx ħalib fi triqtha

Waqt waħda mill-mixjiet glorjużi tagħha.

 

Imwieġ ta’ deżert fil-kjaroskur ta’moħħi

Hekk biss nikkuntemplaħ jien il-ġejjieni

Raxx tal-ħalib u kwiekeb jgħidu s-sewwa

Inkella xi tirjira minn ta’ Pindar.

 

 

Alfred Grech

11/12/2022.

 


Comments

Popular posts from this blog