Ipparaliżżat

 

Ipparaliżżat

It-toqol ma ġġorrux

Trasfigurat

Il-firda tixwik fuq gradilja

Id-dawl tan-naħħa l-oħra

Hu aqwa mill-ġibda

Li għandi lejk

U x-xmara tkaxkar

Li kull minn jinxteħet fiha

U tgħerqu.

 

Ipparaliżżat

Għax ħaddtni għall-għarrieda

Għax ġibtni bejn ħaltejn

Kull firda ċċarat

Il-laħam il-ħaj

U int ħaffiftli t-traġitt

Biex nitlaq bla ma niġi lura.

Ma nafx kemm nistgħu nibqgħu

Ninfdu d-dlamijiet

Bid-dmugħ iġelben

Fuq ħaddejna.

 

Alfred Grech

13/12/2022

Comments

Popular posts from this blog