Kiefer Is-Skiet.
Kiefer
s-skiet
Li jinżel
bħal borra f’sidri.
L-assenza
tiegħek
Tħaffer
il-baħħ li rrid nindifen fih.
Issa li l-uħux
qalu tagħhom
Nifhem aħjar
it-tluq tiegħek
U mbagħad
inħarqt u sirt irmied.
Iż-żmien hu
l-aqwa mgħallem
Imqar jekk
it-tagħlima ma noħduhiex.
Vers żejjed
iħassar talba
Għax mill-qalb
toħroġ
U minn fejn
int
Lanqas tismagħni.
Aħjar
is-skiet aħħari
Jekk spiċajna
ma niftiehmux.
Jien nieħu
nifs mid-duħħan tiegħek
U nikteb
il-poeżija.
Alfred
Grech
01/12/2022
Comments
Post a Comment