M’hemm
Xejn Li Tista’Tagħmel
M’hemm xejn li tista’ tagħmel
Issa li dħalna fit-tellieqa
Kien hemm żmien li kien
Iż-żmien tal-għażla.
Dan
mhuwiex.
M’hemm xejn
li tista’ tagħmel
Qatt ma deheret
mod ieħor
It-tela’ li
tlajna
It-telgħa
tal-kalvarju.
M’hemm xejn
x’tista’ tagħmel
Trid tiġri
mal-oħajn
F’dit-tellieqa
ta’ nifs wieħed
Trid tkun
dejjem ir- rebbieħ
Imqar jekk
tiġi l-aħħar
Tkun dejjem
fil-filliera
Tgħum dejjem
mal-kurrent.
Imbagħad
xħin tibda tgħum
F’dal baħar
tat-tqanqil
Tiela’ u
nieżel ma mewġ id-dwejjaq
U l-qċaċet
imlibsin.
Min ser jurik
it-triq tas-salvazzjoni?
Fejn hu
l-fanal li juri
Li l-art
tinsab fil-qrib?
Trid tinsa’
biss
Jew tara
kif tnissi lilek innifsek
Li ż-żmien
dejjem għaddej.
Alfred
Grech
10/12/2020.
Comments
Post a Comment