Santa Luċija.
Dal-maltemp għad jgħaddi
wkoll
Dan hu l-maltemp ta’ Santa
Luċija
Il-maltemp tal-iqsar jum
Newwilli merżuq dawl
Li jqawwi l-qalb
Imqar tixgħelli xema’ fuq
rasi
U jien ninżel fil-kjażmi
l-aktar mudlama
U jien ninfed l-aktar mostri
nskrutibbli
Tal-ħolqien.
Imbagħad tkun tista’tgħid
Li sirt luċifru
Għax bħalu nġorr id-dawl
Tal-kewkba ta’ filgħodu
Li tibza’ minn tlugħ
ix-xemx.
Tista’ tkun il-purċissjoni
Li toħroġni mill-abbiss
Jew l-għana tax-xbejbiet
Li jqassmu l-ikel.
Illum nistenna l-ħlewwa
Tal-kor li qorob bil-pass ta’
nemla
Iwieżen d-dawl marsus
Li jinfed id-dlam ta’ qabel
iż-żernieq.
Għax dan hu l-itwal l-lejl
U l-uħux jinsabu fostna.
Għalhekk ejja ma norqdux
Biex nibqgħu l-għassiesa
Ta’ dan il-lejl dejjiem
Nitrejjqu bil-pasti
tax-xbejbiet
Għax issa hu l-waqt.
Alfrd Grech
13/12/2022.
Comments
Post a Comment