Tiġġieled għalxejn.
Tiġġieled
għalxejn mal uħux
U ċ-ċpar ta’
fuq l-għajnejn
Li bih
tistembaġ filgħodu
Id-dieqa
hemm tibqa’
U għalkemm tinsa’ għal xi waqtiet
It-terrimoti
u s-sussulti
Jibqgħu iriegħedu
s-sinsla
Ta’ ruħ
imbezza’.
Akbar
mill-uġih tat-tqala
Uġih ir-ruħ
meta ebda merżuq dawl
Ma jfiġġ
minn sema trapjantat
F’xi
presepju.
Xħin
tagħraf biss l-abbiss
Tfittex twemmin
li jista’ jqanqlek
Li tista’ tinbidel
il-kundanna
Għax xejn
min xejn, trab kont,
Għax il-kundanna
hi wħda biss
Ma tinbidilx
U tafha sew
Għax giet
minn qabel
Il-wasla
tat-tmiem
U xħin
tasal min ser inewwel id?
Min ser
jeħilsek mill-abbiss?
Minn se
jsalvak minn nawfraġju?
Tittama
biss li din ma kienetx
Għajr ħolma
mill-oħrajn
U li l-qlub
tajba tal-bnedmin
Iħejju triq
tas-slavazzjoni.
U xorta
waħda bid-dmugħ ġo qalbi
Infaqqgħalek
tbissima.
Alfred
Grech
27/12/2022.
Comments
Post a Comment