Toħroġ Minn Ruħ Siekta.

 

Troġ minn ruħ siekta

Il-karba li ma tinstemax.

 

Ħadd ma jagħti widen

It-tamiet tal-imċaħħad

ix-xewqat ta’ min hu waħdu

Ġo panorama ma tafx tħobb.

 

Idejk imellsu ’l-moħħi

U qalbi dduq il-ħlewwa

Ta’ xuftejk.

 

Nixtieqek tibqa’ dieħla

Sa ġewwa nett ta’ moħħi

U tħares ftit madwarek

U tara jirnexxilekx

Tislet melodija.

 

Alfred Grech

09/12/2022.

 

 

Comments

Popular posts from this blog