U Jista’ Jkun Li Drajna.
U jista’
jkun li drajna,
Dis-sodda
tal-imsiemer
U nistħu
jew nitolbu
Quddiem dad-destin
kiefer.
Infittxu
kewkba ġdida
Fuq sema li
jiddaħħan
Ġo lejl ta’
ksieħ u sirda
U xefaq li
jittappan.
U waqt li
tgħid li tħobbni
Ninfexx
fis-sabiħ tiegħek
Fis-suq
tal-apparenzi
Imbagħad nintilef
miegħek.
Mhux żgur
milli qed ngħidlek
Mhux żgur
sa fejn se naslu
Ninxteħtu f’din
l-għadira
Li fiha
t-tnejn ninħaslu.
Biex nara
xi tkun tfisser
l-imħabba
fl-istennija
kull darba
tgħid li tħobbni
u nara x’hemm
ġo fija.
U nagħrbel
lili nnifsi,
Jew noqgħod
hawn ngħannilek
Fuq sodda tal-imsiemer
Fis-skiet
nistenna lilek.
Alfred
Grech
26/12/2022
Comments
Post a Comment