167.
Issa li
tlift ukoll it-ton imserdaq
Fid-dalma
ta’ filgħodu li nqum biha
F’dal jum
li fih irrid nirreċta ħafna
It-teatrin
li n-nies tkun qed tistenna
U meta idi
stess titqal bil-pinna
U moħħi
mtarrax għadu qed jistenna
ix-xrara li
trid tkebbesd il-ħuġġieġa,
Fejn int li
kemm il-darba għamiltli wegħeda
Li żżurni
ħin bla waqt imqar f’nofs ħolma
Iġġorr
ix-xrar ta’ dawl li għadni nfittex?
Aktarx li
rrid għad nagħmel ħafna ljieli
Skantat, paraliżżat
bla ma nistejqer
U lanqas
naf jekk dint hijiex xi ħolma
Minn dawk
li ssoltu noħlom ħajti kollha.
Alfred
Grech
01/01/2023
Comments
Post a Comment