Bħan-Nifs Tal-Anġli.

 

Bħan-nifs inti tal-anġli

Jew nefħa ta’ farfett;

Jien sibtek hawn quddiemi

Tgħattili kull prospett.

 

Int l-hena li xtaqt dejjem

Int frugħa tal-ħolqien;

Fittixtek qatt ma sibtek

Xħin dort ma kullimkien.

 

Imqar jekk il-ħin għadda

Imqar jekk issa tard;

Xi ħaġa trid tinbidel

Ġo ġonna mimli ward.

 

Nistħajjlek kull filgħodu

Tittarraf fuq l-irdum,

Jew warda minn tax-xahri

Titbissem sbieħ il-jum.

 

Għasfur li ġejt biex titlaq

Tivvjaġġa ’l-bogħod, fit-tul

Sat truf tal-konoxxenza

Fis-sebħ ta’ jum mibdul.

 

Alfred Grech

30/01/2023.

Comments

Popular posts from this blog