Distanzi.
Jien naf li
lanqas nistgħu
Inżommu
ftit lilhemm
Minn dak li
qiegħdin nagħmlu
Mill-ġebel ngħasru
d-demm
U inti
aktar minni
Tkun taf
xħin sar il-ħin,
Jekk ħbieb
trid illi nibqgħu
Nifirħu t-tnejn
b’xulxin.
U nibqgħu f’did-distanza
It-tnejn
bogħod minn xulxin
Inella s-sagrifiċċju
‘kk infallu
jkun għal min?
Alfred
Grech.
14-01-2023
Comments
Post a Comment