Għalfejn Din It-Tellieqa.

 

Għalfejn din it-tellieqa,

M’hemm xejn li jibqa’ ġdid

M’hemm xejn li jibqa’ għal dejjem

Tissielet bħal għafrid?

 

Fuq liema palk trid titla’

Inkella pedestal

Malajr minn hemm titgerbeb

Ċar dan daqs il-kristall.

 

Jew torbot mażra m’għnqok

U tkejjel tul l-irdumw

Jew tegħerq ġewwa x-xmara

Tintesa’ żgur, ma ddumx.

 

Qed tfittex illużjoni

Biex tinsa’ dak li mar,

Il-ġiri, iddur id-dawra

Ma sienja qisek ħmar.

 

Tal-konfużjoni l-mafkar

Biex tagħmel bħall-oħrajn

U tinsa’ tgħolli rasek

Tinqala’ minn ġot-tajn.

 

Alfred Grech.

05/01/2022.

Comments

Popular posts from this blog