Go Toroq Illi Jserpu.
Ġo toroq illi
jserpu
Ma jagħtu għal
imkien
Fuq qċaċet
ippuntati
Li jdawwru
kullimkien.
Il-wileġ
qed iħaddar
Fuq sfond
ta’ silġ imqit
Tixtieq li
tibda’ l-mixja
U tagħmel
ftit l-aptit.
Iżd’għidli
fejn se mmorru
Hawn biss
ħitan u swar
It-triq
tispiċċa f’żenqa
Għax toħroġ
trid mid-dar?
Gelgul ta’
ilma ġieri
Kaskati ġo
widien
Dil-ġrajja
trid tispiċċa
Dan kollu
għal xiex kien?
Mitluf
fis-skiet ta’ waħdi
Mitluf fit-trufijiet
Tal-abbandun
il-mafkar
Infittex ftit
tas-skiet.
Alfred
Grech
06/01/2023
Comments
Post a Comment